Il-Kummissjoni:
- se tkompli tappoġġja lill-Istati Membri biex iżidu l-kapaċità ta’ akkoljenza tagħhom
- se tniedi inizjattiva ġdida “Djar Sikuri” biex tħaddan u tappoġġja inizjattivi meħudin fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali u f’kooperazzjoni mas-settur privat.
Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jgħin biex jipprovdi housing soċjali għall-familji u l-individwi fil-komunità, u jkopri x-xiri u r-rinnovazzjoni ta’ akkomodazzjoni xierqa.
Il-Fond Soċjali Ewropew jista’ jappoġġja wkoll investimenti f’akkomodazzjoni bbażata fil-komunità, speċjalment għal dawk bi bżonnijiet speċjali, diżabbiltajiet, tfal u anzjani.