Mur għall-kontenut ewlieni
Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna

Din l-informazzjoni hi disponibbli wkoll: bl-Ukren | українська | bir-Russu | русский

Id-dokumenti tiegħek

  • Qatt m’għandek tagħti l-passaport jew id-dokument tal-identità tiegħek lil xi ħadd għajr gwardja tal-fruntiera jew uffiċjal pubbliku. Żommhom qrib ġismek.
  • Ħu ritratt tal-passaport jew tad-dokument tal-identità tiegħek bit-telefown tiegħek sabiex ikollok riżerva f’każ ta’ telf jew serq. Ibgħat kopja lill-ħbieb/lill-familja u lilek innifsek  - pereżempju f’kont tal-email li jista’ jkollok - biex tkun tista’ taċċessa d-dokumenti tiegħek anki jekk titlef it-telefown tiegħek.

L-ivvjaġġar

Ukrainian refugees arriving at the border between Ukraine and Moldova
  • Jekk qed tivvjaġġa fil-karozza ta’ xi ħadd, staqsi jekk hux mistenni xi ħaġa mingħandek talli qed jittrasportak.
  • Qabel tmur fil-karozza ta’ xi ħadd, ħu ritratt tal-pjanċa tal-liċenzja u ibgħatha lill-ħbieb u lill-familja tiegħek. Evita li tidħol f’karozzi ta’ sewwieqa li ma jippermettux li jittieħdu dawn ir-ritratti.

Flus

  • Ġorr il-flus xi mkien moħbi fuqek, forsi anke f’postijiet differenti.
  • Immemorizza n-numru tal-karta ta’ kreditu/karta ta’ debitu tiegħek.
  • Immemorizza n-numri tat-telefown ta’ diversi persuni affidabbli li jistgħu jgħinuk jekk titlef it-telefown tiegħek.

Akkomodazzjoni

Belgian and Ukrainian children playing together
  • Meta jkun possibbli, uża l-akkomodazzjoni pprovduta minn organizzazzjonijiet fdati.
  • Jekk qed tibbukkja akkomodazzjoni online, żgura li tiċċekkja r-reċensjonijiet u tagħżel offerti b’għadd għoli ta’ reċensjonijiet pożittivi.
  • Jekk ikollok post fejn toqgħod u ma tħossokx sikur(a) - itlaq!
  • Jekk qed toqgħod ma’ xi ħadd, staqsi jekk hux mistenni xi ħaġa mingħandek talli qed toqgħod hemm.

Impjiegi

Dejjem oqgħod attent(a) jekk:

  • Xi ħadd joffrilek impjieg u ma jagħtik l-ebda informazzjoni bħall-indirizz u l-isem tal-impjegatur.
  • Xi ħadd jagħmel pressjoni fuqek biex tiddeċiedi taċċettax l-offerta ta’ impjieg jew le.
  • Xi ħadd joffrilek impjieg b’rabta mal-ivvjaġġar u mal-akkomodazzjoni mingħajr ħlas.
  • Xi ħadd li qed joffrilek impjieg jitolbok tagħtih id-dokumenti tiegħek bil-pretest li se jirranġa kollox għalik.

Sikurezza mit-traffikar

Jekk taħseb li sfajt vittma ta’ traffikar jew sfruttament:

Ukrainian refugees crossing the Polish border
  • Aħrab u mur f’post pubbliku b’ħafna nies, pereżempju għassa tal-pulizija, sptar, librerija, bank, uffiċċju tal-posta, knisja jew binja tal-belt.
  • Ikkuntattja lill-pulizija, organizzazzjoni li tgħin lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, l-awtoritajiet tal-pajjiż li tinsab fih jew lill-ambaxxata ta’ pajjiżek.