Mur għall-kontenut ewlieni
Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna

Dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà

Sit web tas-Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna

Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: “https://eu-solidarity-ukraine.ec.europa.eu

Hi ma tapplikax għall-kontenut jew għas-siti web oħrajn ippubblikati fis-sottodominji tiegħu. Dawn is-siti web u l-kontenut tagħhom se jkollhom id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà speċifika tagħhom stess.

Dan is-sit web huwa mmaniġġjat mid-Direttorat‑Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Huwa ddisinjat biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi l-persuni b’diżabbiltà.

Għandek tkun tista’:

  • tkabbar sa 200% mingħajr problemi
  • tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bit-tastiera biss
  • tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek)

Dan is-sit web huwa ddisinjat biex jikkonforma mal-istandard tekniku għas-siti web u l-apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1. Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).

Status tal-konformità

Dan is-sit web huwa parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 Livell AA. Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal iktar dettalji.


Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fis-6 ta’ Marzu 2023.

Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni

Din id-dikjarazzjoni tħejjiet fil-31 ta' Lulju 2023.

Id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn espert tal-aċċessibbiltà kkwalifikat fl-IAAP, bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.

Feedback

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà:

  • Telefown: 00 800 6 7 8 9 10 11
  • Formola ta’ kuntatt: Iktbilna (jekk jogħġbok żomm lura milli tipprovdi informazzjoni sensittiva fil-formola, eż. kwalunkwe informazzjoni li tiżvela informazzjoni finanzjarja personali, informazzjoni relatata ma’ saħħtek, jew kwalunkwe suġġett sensittiv ieħor).

Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tiegħu għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.

Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva

Is-sit web Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna huwa ddisinjat biex ikun kompatibbli mat-teknoloġiji assistivi li ġejjin:

  • l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome u Apple Safari;
  • flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ JAWS, NVDA, VoiceOver u TalkBack.

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-aċċessibbiltà tas-sit web Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex taħdem bl-użu flimkien partikolari ta’ browser tal-internet u kwalunkwe teknoloġija assistiva jew plugin installata fuq il-kompjuter tiegħek:

  • HTML
  • WAI-ARIA
  • CSS
  • JavaScript

Kontenut mhux aċċessibbli

Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna, aħna konxji li hemm xi limitazzjonijiet, u qed naħdmu biex nirranġawhom. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufa u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema mhux elenkata hawn taħt.

Limitazzjonijiet magħrufa għas-sit web Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna:

  1. Video player – aċċessibbiltà bit-tastiera: Aħna konxji li hemm xi kwistjonijiet mal-aċċessibbiltà tat-tastiera tal-video player tagħna (meta tagħżel il-lingwa tal-caption mill-menù, mhuwiex possibbli li tuża l-keys tal-vleġeġ biex tmur minn lingwa għal oħra, dan jista’ jsir biss bit-TAB).
  2. Videos: Il-videos fuq dan is-sit web ma għandhomx deskrizzjoni awdjo.
  3. Graffs u ċarts – użu tal-kulur: Xi graffs u ċarts fuq is-sit web jiddependu fuq il-kulur biss biex jikkomunikaw l-informazzjoni, u dan ifixkel lin-nies daltoniċi. F’ċarts fejn it-tikketti ma jkunux assoċjati viżwalment mat-taqsima kkulurita korrispondenti, meta tikklikkja t-tikketti fit-truf tad-didaskalija tkun qed tattiva jew tiddiżattiva l-linja, l-iżbarra jew it-taqsima korrispondenti, u dan jippermetti lill-utenti jiċċekkjaw liema tikketta tappartjeni għal liema parti tal-mappa. Qed nippjanaw li nsolvu din il-kwistjoni sal-aħħar ta’ Ottubru 2023.
  4. Formola tal-feedback: Fil-formola tal-feedback, xi buttuni tar-radju mhumiex raggruppati kif suppost u xi partijiet m’għandhomx kuntrast suffiċjenti. Qed nippjanaw li nsolvu din il-kwistjoni sal-aħħar ta’ Ottubru 2023.
  5. Formola tal-feedback – messaġġi ta’ żball: Il-messaġġi ta’ żball fil-formola tal-feedback mhumiex assoċjati mal-qasam li fih instab l-iżball u ma jindikawx b’mod ċar f’liema qasam instab l-iżball. Qed nippjanaw li nsolvu din il-kwistjoni sal-aħħar ta’ Ottubru 2023.
  6. Viżibbiltà ta’ Skiplink: Is-skiplink huwa l-ewwel link fuq il-paġna, iżda ma jsirx viżibbli meta tmur fuqu bit-tastiera. Qed nippjanaw li nsolvu din il-kwistjoni sal-aħħar ta’ Ottubru 2023.