
Kampanja ta’ solidarjetà tal-UE

L-edukazzjoni hija pedament tal-futur tagħna. L-aċċess sikur għall-iskola huwa ta’ importanza kbira, peress li jagħti sens ta’ normalità lit-tfal u huwa essenzjali għall-benesseri u l-futur tagħhom. Huwa stmat li 5.7 miljun tifel u tifla tal-età tal-iskola fl-Ukrajna ntlaqtu mill-aggressjoni mhux ġustifikata tar-Russja, u eluf ta’ skejjel u faċilitajiet ġarrbu l-ħsara.
Kampanja ta’ solidarjetà għad-donazzjoni tax-xarabanks
Il-Kummissjoni qed tappella lill-entitajiet pubbliċi u privati fl-UE u lil hinn minnha biex jingħaqdu flimkien u juru solidarjetà, billi fix-xhur li ġejjin jagħtu xarabanks b’donazzjoni li huma essenzjali biex it-tfal Ukreni jerġgħu lura fl-iskejjel tagħhom b’mod sikur.
Id-donaturi potenzjali jistgħu jagħmlu dan permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM), li diġà kien kritiku fit-twassil ta’ appoġġ vitali lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha, inklużi l-kenn, l-ikel, it-tagħmir tal-isptarijiet, l-ambulanzi, it-trakkijiet tat-tifi tan-nar, u ħafna aktar.

“It-tfal Ukreni jeħtieġu xarabanks tal-iskola. L-Ewropa issa qed tagħti €14-il miljun għal dan. U għandna bżonn aktar. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea qed torganizza kampanja ta’ solidarjetà ta’ donazzjonijiet ta’ xarabanks tal-iskola lill-Ukrajna sal-bidu tal-2023. Flimkien, nistgħu ngħinu lit-tfal Ukreni - il-futur tal-Ukrajna.”
Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea
Kif tagħti donazzjoni
Jekk inti entità pubblika jew kumpanija privata bbażata fl-UE u tixtieq tagħti xarabanks b’donazzjoni, għandek taqra sew l-FAQs t’hawn taħt. Tista’ tikkuntattja wkoll lir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni tal-UE fil-pajjiż li tista’ tipprovdilek informazzjoni addizzjonali dwar il-kampanja.
Jekk inti lest li toffri xarabanks għandek tħejji d-dettalji tal-offerta tiegħek billi tuża d-dokument bl-isem Technical specifications for bus offers hawn taħt u tibagħtu lil: EU-BUSES-UKRAINEec [dot] europa [dot] eu (EU-BUSES-UKRAINE[at]ec[dot]europa[dot]eu). Jekk jogħġbok aqra bir-reqqa t-tab Explanations fil-file Excel.
Għal kwalunkwe mistoqsija addizzjonali, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC) fil-Kummissjoni Ewropea għandu tim iddedikat biex jgħinek. Tista’ tikkuntattjah bl-email fuq EU-BUSES-UKRAINEec [dot] europa [dot] eu (EU-BUSES-UKRAINE[at]ec[dot]europa[dot]eu).
- Iddawnlowdjaбългарски(244.47 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaespañol(225.94 KB - PDF)
- Iddawnlowdjačeština(270.13 KB - PDF)
- Iddawnlowdjadansk(226.17 KB - PDF)
- IddawnlowdjaDeutsch(207.49 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaeesti(222.77 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaελληνικά(419.05 KB - PDF)
- IddawnlowdjaEnglish(264.87 KB - PDF)
- Iddawnlowdjafrançais(206.17 KB - PDF)
- IddawnlowdjaGaeilge(223.56 KB - PDF)
- Iddawnlowdjahrvatski(274.59 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaitaliano(225.33 KB - PDF)
- Iddawnlowdjalatviešu(291.74 KB - PDF)
- Iddawnlowdjalietuvių(248.62 KB - PDF)
- Iddawnlowdjamagyar(280.28 KB - PDF)
- IddawnlowdjaNederlands(203.76 KB - PDF)
- Iddawnlowdjapolski(276.2 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaportuguês(226.08 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaromână(266.56 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaslovenčina(273.62 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaslovenščina(270.1 KB - PDF)
- Iddawnlowdjasuomi(223.13 KB - PDF)
- Iddawnlowdjasvenska(224.49 KB - PDF)
- Iddawnlowdjayкраїнська(251.09 KB - PDF)
Donazzjonijiet s’issa
B’kollox, aktar minn 300 xarabanks diġà jinsabu fi triqithom mill-UE u l-Istati Membri tagħha, inklużi donazzjonijiet minn awtoritajiet, bliet, reġjuni, u organizzazzjonijiet tat-trasport fi 11-il pajjiż tal-UE.
Appoġġ kontinwu tal-UE
L-Ewropa ilha tappoġġja lill-Ukrajna mill-bidu tal-aggressjoni mhux ġustifikata tar-Russja. L-Ewropej fetħu l-qlub u d-djar tagħhom għal aktar minn 8 miljun Ukren li ħarbu mill-bombi ta’ Putin, inklużi aktar minn 4 miljun Ukren li talbu protezzjoni temporanja fl-Istati Membri tal-UE. L-iskejjel Ewropej laqgħu mijiet ta’ eluf ta’ tfal Ukreni. Minkejja l-qerda u s-sagrifiċċji, l-Ukreni qed iħarsu lejn il-futur bil-fiduċja u bit-tama. U dan il-futur jibda billi jiġi żgurat li l-iskejjel ikunu miftuħa u li t-tfal ikollhom aċċess għalihom.

Fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ħabbret inizjattiva konġunta ma’ mart il-President tal-Ukrajna, Olena Zelenska, dwar ir-riabilitazzjoni tal-iskejjel Ukreni li saritilhom il-ħsara. F’Diċembru 2022, il-Kummissjoni u l-Gvern tal-Ukrajna ffirmaw pakkett ta’ appoġġ ta’ €100 miljun għal dan l-għan. L-appoġġ se jasal għand l-Ukrajna permezz tas-sħab umanitarji tal-UE u parzjalment bħala appoġġ baġitarju lill-Gvern tal-Ukrajna.
B’mod parallel, il-Kummissjoni, flimkien mal-Ministeru Ukren għat-Trasformazzjoni Diġitali u DIGITALEUROPE, organizzazzjoni Ewropea li tirrappreżenta l-industrija tat-teknoloġija diġitali, organizzat l-inizjattiva Laptops għall-Ukrajna. L-għan huwa li jinġabru u jitwasslu laptops, smart-phones u tablets u li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet fundamentali tal-iskejjel, tal-isptarijiet u tal-amministrazzjonijiet pubbliċi fir-reġjuni tal-gwerra l-aktar affettwati tal-Ukrajna.