Skip to main content
Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna

Xarabanks tal-iskola għall-Ukrajna

Kateryna Rodak/Global Images Ukraine via Getty Images
Inwasslu lit-tfal Ukreni l-iskola b’mod sikur

Kampanja ta’ solidarjetà tal-UE

Ħsara
lis-sistema edukattiva tal-Ukrajna
5.7 miljun
tifel u tifla tal-età tal-iskola ntlaqtu mill-aggressjoni tar-Russja
Aktar minn 2,800
faċilità edukattiva saritilhom il-ħsara jew inqerdu

Kampanja ta’ solidarjetà għad-donazzjoni tax-xarabanks

Il-Kummissjoni qed tappella lill-entitajiet pubbliċi u privati fl-UE u lil hinn minnha biex jingħaqdu flimkien u juru solidarjetà, billi fix-xhur li ġejjin jagħtu xarabanks b’donazzjoni li huma essenzjali biex it-tfal Ukreni jerġgħu lura fl-iskejjel tagħhom b’mod sikur.

Id-donaturi potenzjali jistgħu jagħmlu dan permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM), li diġà kien kritiku fit-twassil ta’ appoġġ vitali lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha, inklużi l-kenn, l-ikel, it-tagħmir tal-isptarijiet, l-ambulanzi, it-trakkijiet tat-tifi tan-nar, u ħafna aktar.

Video

Kif tagħti donazzjoni

Jekk inti entità pubblika jew kumpanija privata bbażata fl-UE u tixtieq tagħti xarabanks b’donazzjoni, għandek taqra sew l-FAQs t’hawn taħt. Tista’ tikkuntattja wkoll lir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni tal-UE fil-pajjiż li tista’ tipprovdilek informazzjoni addizzjonali dwar il-kampanja.

Jekk inti lest li toffri xarabanks għandek tħejji d-dettalji tal-offerta tiegħek billi tuża d-dokument bl-isem Technical specifications for bus offers hawn taħt u tibagħtu lil: EU-BUSES-UKRAINE@ec.europa.eu. Jekk jogħġbok aqra bir-reqqa t-tab Explanations fil-file Excel.

13 JANNAR 2023
Technical specifications for bus offers
English
(29.76 KB - XLSX)
Iddawnlowdja

Għal kwalunkwe mistoqsija addizzjonali, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC) fil-Kummissjoni Ewropea għandu tim iddedikat biex jgħinek. Tista’ tikkuntattjah bl-email fuq EU-BUSES-UKRAINE@ec.europa.eu.

19 NOVEMBRU 2022
FAQs School buses for Ukraine campaign
Malti
(284.3 KB - PDF)
Iddawnlowdja

Donazzjonijiet s’issa

B’kollox, aktar minn 300 xarabanks diġà jinsabu fi triqithom mill-UE u l-Istati Membri tagħha, inklużi donazzjonijiet minn awtoritajiet, bliet, reġjuni, u organizzazzjonijiet tat-trasport fi 11-il pajjiż tal-UE.

Appoġġ kontinwu tal-UE

L-Ewropa ilha tappoġġja lill-Ukrajna mill-bidu tal-aggressjoni mhux ġustifikata tar-Russja. L-Ewropej fetħu l-qlub u d-djar tagħhom għal aktar minn 8 miljun Ukren li ħarbu mill-bombi ta’ Putin, inklużi aktar minn 4 miljun Ukren li talbu protezzjoni temporanja fl-Istati Membri tal-UE. L-iskejjel Ewropej laqgħu mijiet ta’ eluf ta’ tfal Ukreni. Minkejja l-qerda u s-sagrifiċċji, l-Ukreni qed iħarsu lejn il-futur bil-fiduċja u bit-tama. U dan il-futur jibda billi jiġi żgurat li l-iskejjel ikunu miftuħa u li t-tfal ikollhom aċċess għalihom.