Mur għall-kontenut ewlieni
Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna

Sanzjonijiet fuq oġġetti b’użu doppju

Oġġetti, servizzi bi skop militari u ċivili (“oġġetti u servizzi b’użu doppju”)

L-UE saħħet u estendiet il-kontrolli tal-esportazzjoni fuq oġġetti b’użu doppju biex timmira setturi sensittivi fil-kumpless militari industrijali tar-Russja, u llimitat l-aċċess tar-Russja għal teknoloġija avvanzata kruċjali.

  • droni u software għad-droni
  • software għall-apparati ta’ kriptaġġ
  • semikondutturi u elettronika avvanzata
  • magni għad-droni
  • sustanzi kimiċi li jistgħu jintużaw għal armi kimiċi
  • oġġetti għall-infurzar tal-liġi
  • materjali speċjali u makkinarju industrijali
  • tagħmir tal-camouflage u aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet
  • elementi terrestri rari
  • termostati
  • kameras termografiċi
  • makkinarji għodda
  • partijiet tal-makkinarju
  • Muturi u servomuturi DC għal vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs) 
  • komponenti elettroniċi identifikati fis-sistemi tal-armi (ħelikopters, missili, droni, u vetturi bir-roti)

L-UE estendiet ukoll il-lista ta’ entitajiet sanzjonati li għalihom japplikaw restrizzjonijiet aktar stretti, inklużi kumpaniji attivi f’oqsma militari u ta’ difiża, li qed jappoġġjaw b’mod loġistiku u materjali l-invażjoni.

Il-projobizzjoni ta’ esportazzjoni eżistenti issa tkopri wkoll il-fjuwil tal-jets u tal-addittivi tal-fjuwil li jistgħu jintużaw mill-armata Russa.

Huma pprojbiti wkoll oġġetti b’teknoloġija aktar baxxa użati mill-militar bħal droni tal-logħob/passatempi, apparati kumplessi ta’ ġeneraturi, laptops, kameras u lentijiet, apparat għall-għajnuna tan-navigazzjoni bir-radju u apparat għat-trażmissjoni jew ir-riċezzjoni ta’ vuċi, immaġni jew data.

FATTI

alt=""

Is-sanzjonijiet jolqtu l-aċċess tar-Russja għal teknoloġiji importanti lil hinn minn prodotti u teknoloġiji b’użu doppju u matul iż-żmien se jbaxxu l-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħhom.

alt=""

Dawn se jwaqqfu l-finanzjament pubbliku jew l-assistenza finanzjarja għall-kummerċ mar-Russja jew l-appoġġ għall-investiment fiha, inkluż l-appoġġ nazzjonali għall-esportazzjoni.