Mur għall-kontenut ewlieni
Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna

Sanzjonijiet kontra individwi, kumpaniji u organizzazzjonijiet

Fatti u ċifri

Aktar minn 1,900
individwu u entità sanzjonati
€24 biljun
ta’ assi privati fl-UE ffriżati

Min qed jiġi sanzjonat

L-Unjoni Ewropea ssanzjonat aktar minn 1,900 individwu u entità. Dawn jinkludu

  • it-tmexxija Russa 
  • uffiċjali ta’ grad għoli 
  • staff militari 
  • kmandanti tal-grupp Wagner 
  • negozjanti u oligarki prominenti 
  • propagandisti favur il-Kremlin u kontra l-Ukrajna 
  • persuni u entitajiet li joperaw fis-settur militari u tal-IT Russu
  • orkestraturi tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali reċenti fit-territorji Ukreni li r-Russja okkupat temporanjament
  • figuri ewlenin involuti fir-“riedukazzjoni” furzata tat-tfal Ukreni jew id-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn ir-Russja

Individwi sanzjonati

  • il-kontijiet kollha fil-banek tal-UE huma ffriżati
  • ipprojbiti milli jivvjaġġaw fi kwalunkwe post fl-UE
  • hu illegali li jiġu pprovduti assi jew fondi mill-UE lil dawn l-individwi

Kumpaniji u organizzazzjonijiet sanzjonati

  • il-kontijiet kollha fil-banek tal-UE huma ffriżati
  • hu illegali li jiġu pprovduti assi jew fondi, direttament jew indirettament, lilhom

Fatti u ċifri mit-18 ta’ Diċembru 2023

Task Force “Iffriżar u Sekwestru”

Il-Kummissjoni waqqfet it-“Task Force Iffriżar u Sekwestru” biex tesplora r-rabtiet bejn l-assi li jappartjenu għal persuni elenkati taħt is-sanzjonijiet tal-UE u l-attivitajiet kriminali. L-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri. L-għan tat-Task Force huwa li ssaħħaħ il-koordinazzjoni fil-livell operazzjonali biex tiżgura infurzar effettiv tas-sanzjonijiet tal-UE fl-Istati Membri kollha.

It-Task Force hi magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, punti ta’ kuntatt minn kull Stat Membru, l-Eurojust u l-Europol. It-Task Force tikkoordina l-ħidma tagħha mat-“Task Force Eliti, Prokuri, u Oligarki Russi (REPO)” stabbilita bejn il-pajjiżi tal-G7, l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea.

Kuntratti pubbliċi u finanzjament Ewropew

  • Il-projbizzjoni totali fuq il-parteċipazzjoni ta’ ċittadini u entitajiet Russi f’kuntratti ta’ akkwist fl-UE.

  • Ir-restrizzjoni fuq appoġġ finanzjarju u mhux finanzjarju għal entitajiet li huma ta’ proprjetà pubblika tar-Russja jew ikkontrollati mir-Russja fi programmi tal-UE, tal-Euratom u tal-Istati Membri. Mhu se jiġi konkluż l-ebda kuntratt jew ftehim ġdid ma’ korpi pubbliċi Russi jew entitajiet relatati.

FATT

Il-Kummissjoni temmet il-parteċipazzjoni ta’ korpi pubbliċi Russi jew entitajiet relatati fil-ftehimiet ta’ għotja kollha li għaddejjin, u ssospendiet il-pagamenti relatati kollha sakemm ikun avżat mod ieħor, taħt Orizzont 2020, il-Euratom, u l-Erasmus+. 

Għal Orizzont Ewropa (minbarra l-Kunsill Ewropew tar-Riċerka u l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni), l-entitajiet ġuridiċi kollha (pubbliċi u privati) stabbiliti fir-Russja, fil-Belarussja jew f’territorji mhux ikkontrollati mill-Gvern tal-Ukrajna mhumiex eliġibbli biex jipparteċipaw. Bħala deroga ġenerali, persuni fiżiċi stabbiliti f’dawk it-territorji xorta jistgħu jipparteċipaw fl-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie jekk ma jkunux fil-lista ta’ sanzjonijiet.

Media – sanzjonar tal-atturi tad-diżinformazzjoni

Il-mezzi ta’ diżinformazzjoni tal-istat u favur il-Kremlin huma essenzjali u strumentali fl-appoġġ tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Huma jikkostitwixxu theddida sinifikanti u diretta għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà tal-UE. Dan hu għaliex l-UE ddeċidiet li tissanzjona l-assi ta’ diżinformazzjoni u ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-Kremlin.

Hemm sospensjoni fis-seħħ tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’:

  • Sputnik u s-sussidjarji, inkluż Sputnik Arabic
  • Russia Today u s-sussidjarji, inkluż Russia Today English, Russia Today UK, Russia Today Germany, Russia Today France, Russia Today Spanish, Russia Today Arabic, Russia Today Balkan
  • Rossiya RTR/RTR Planeta
  • Rossiya 24/Russia 24
  • TV Centre International
  • NTV/NTV Mir 
  • Rossiya 1
  • REN TV
  • Pervyi Kanal
  • RIA FAN
  • Oriental Review
  • Tsargrad
  • New Eastern Outlook
  • Katehon

Il-liċenzji, l-awtorizzazzjonijiet u l-arranġamenti ta’ distribuzzjoni rilevanti kollha - permezz tal-kejbil, is-satellita, l-IPTV, il-pjattaformi, is-siti web u l-apps - huma sospiżi. Dan jirrigwarda wkoll ix-xandir lejn pajjiżi terzi.

Ir-reklamar ta’ prodotti jew servizzi fuq stazzjonijiet sanzjonati ġie pprojbit ukoll.

EUvsDisinfo: Diżinformazzjoni dwar l-Ukrajna