Mur għall-kontenut ewlieni
Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna

Sospensjoni tal-Ftehim tal-UE għall-Faċilitazzjoni tal-Viża mar-Russja

Fid-9 ta’ Settembru 2022, il-Kunsill qabel li jissospendi bis-sħiħ il-Ftehim tal-UE għall-Faċilitazzjoni tal-Viża mar-Russja. Is-sospensjoni sħiħa taffettwa l-kategoriji kollha ta’ vjaġġaturi li jiġu fl-UE għal soġġorn qasir. Dan ifisser li

  • iċ-ċittadini Russi m’għadhomx igawdu minn aċċess privileġġat għall-UE u jiffaċċjaw proċess ta’ applikazzjoni itwal, aktar għali u aktar diffiċli biex jakkwistaw viża
  • l-Istati Membri għandhom diskrezzjoni wiesgħa fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża għal soġġorn qasir minn ċittadini Russi, u jistgħu jiżguraw skrutinju akbar taċ-ċittadini Russi li jixtiequ jivvjaġġaw lejn l-UE
  • l-UE se tibqa’ miftuħa għal ċerti kategoriji ta’ applikanti Russi għal viża li jivvjaġġaw għal skopijiet essenzjali, inklużi membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE, ġurnalisti, dissidenti u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili
  • id-dokumenti tal-ivvjaġġar Russi maħruġa f’reġjuni okkupati mir-Russja fl-Ukrajna jew f’territorji separatisti fil-Georgia jew lil persuni residenti fihom mhux se jiġu aċċettati bħala dokumenti tal-ivvjaġġar validi għall-kisba ta’ viża jew għall-qsim tal-fruntieri taż-żona Schengen.