Mur għall-kontenut ewlieni
Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna

Ħrib mill-Ukrajna: Ivvjaġġar fl-UE

Din l-informazzjoni hi disponibbli wkoll: bl-Ukren українська | bir-Russu | русский

X’għandek tkun taf meta tivvjaġġa fl-UE

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, jekk ħrabt mill-gwerra fl-Ukrajna tkun tista’ tivvjaġġa lejn pajjiżi oħrajn tal-UE. Għall-Ukreni b’passaport bijometriku dan id-dritt ġej mis-sistema ta' vvjaġġar mingħajr viża fis-seħħ bejn l-UE u l-Ukrajna. Jekk tiġi minn pajjiż terz, trid tiċċekkja jekk il-pajjiż ta’ oriġini tiegħek hux fil-lista ta’ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mir-rekwiżit li jkollhom viża.

Dettalji ta’ kuntatt nazzjonali u informazzjoni

F’din il-mappa meta tikklikkja l-pajjiż issib informazzjoni utli dwar l-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiżi tal-UE li tista’ tikkuntattja dwar il-protezzjoni temporanja, kif ukoll informazzjoni dwar l-appoġġ għall-kura tas-saħħa jew l-impjieg.