Mur għall-kontenut ewlieni
Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna

Ħrib mill-Ukrajna: appoġġ għall-edukazzjoni

   

Din l-informazzjoni hi disponibbli wkoll: bl-Ukren українська |  bir-Russu | русский

Appoġġ għall-edukazzjoni

Children in a school class

Ħafna refuġjati mill-Ukrajna huma tfal fl-età tal-iskola. Il-fatt li jmorru l-iskola jgħin biex itaffi l-istress psikoloġiku tagħhom u jagħtihom sens ta’ stabbiltà u normalità u perspettiva għall-futur.  

Il-Kummissjoni qiegħda

  • tiffinanzja l-appoġġ għall-iskejjel, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal permezz tal-Fondi ta’ Koeżjoni tal-UE, u l-Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
  • tikkoordina Grupp ta’ Solidarjetà tal-Edukazzjoni tal-UE għall-Ukrajna biex jidentifika l-ħtiġijiet tat-tfal Ukreni u biex jappoġġja lill-Istati Membri li jospitawhom, inklużi t-tagħlim bejn il-pari u l-gwida politika
  • tipprovdi aċċess għal materjal ta’ tagħlim fl-Ukrajna u l-offerta ta’ riżorsi u korsijiet online għall-għalliema permezz tal-iSchool Education Gateway
  • tappoġġja lill-għalliema fost ir-refuġjati permezz ta’ aċċess għal programmi tal-UE u skambji fil-komunità tal-eTwinning

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ waqqfet ċentru ta’ riżorsi b’informazzjoni dwar kif il-persuni li ħarbu mill-Ukrajna jistgħu jkomplu, jew jaċċessaw, l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-pajjiżi tal-UE, ikollhom il-kwalifiki tagħhom mifhumin u rikonoxxuti għal skopijiet ta’ xogħol jew studju, u jsibu opportunitajiet ta’ xogħol.

Pittogrammi bil-Malti-Ukren għat-tfal u l-għalliema

alt=""

Dan il-ktejjeb prattiku, bl-użu ta’ pittogrammi, jista’ jgħin lill-kelliema Ukreni u dawk li jitkellmu bl-Ingliż jegħlbu l-ewwel ostakli għall-komunikazzjoni.

Iddawnlowdja

Żona Ewropea tar-Riċerka għall-Ukrajna

Il-portal “Żona Ewropea tar-Riċerka għall-Ukrajna” hu punt uniku ta’ servizz għall-informazzjoni u s-servizzi ta’ appoġġ għar-riċerkaturi bbażati fl-Ukrajna u r-riċerkaturi li qed jaħarbu mill-Ukrajna. Il-portal jiġbor flimkien inizjattivi fil-livell tal-UE, ikklassifikati skont il-pajjiżi u minn gruppi mhux governattivi. Hu għandu l-għan li jgħin lir-riċerkaturi milqutin isibu akkomodazzjoni u opportunitajiet ta’ xogħol, jiffaċilita r-rikonoxximent tad-diplomi tagħhom, u joffri servizzi oħrajn.

Il-portal tnieda fuq in-network eżistenti EURAXESS, li jappoġġja lir-riċerkaturi billi jgħaqqad aktar minn 600 ċentru u 43 portal nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi assoċjati ma’ Orizzont Ewropa. 

Inizjattivi oħrajn tal-UE jinkludu l-aċċess għal Science4Refugees, inizjattiva eżistenti EURAXESS li tipprovdi internships, impjiegi part-time u full-time lir-refuġjati, kif ukoll aċċess għal Komunità Ewropea tar-Riċerka, u l-MSCA – Riċerkaturi f’riskju.

Dokumenti

4 JANNAR 2023
Factsheet - Refugees from Ukraine: Support to school children and teachers English