Mur għall-kontenut ewlieni
Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna

Korsiji ta’ Solidarjetà bejn l-UE u l-Ukrajna

Għajnuna fejjieda għall-ekonomija Ukrena, kruċjali għas-sigurtà globali tal-ikel

Huwa ta’ importanza vitali li l-Ukrajna żżomm ir-rotot kummerċjali tagħha miftuħin sabiex il-merkanzija tkun tista’ tiċċirkola fiż-żewġ direzzjonijiet. Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna minn Frar 2022 imblukkat dan il-fluss.

F’Mejju 2022, il-Kummissjoni nediet il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Korsiji ta’ Solidarjetà biex tistabbilixxi rotot loġistiċi alternattivi permezz tal-ferroviji, tat-toroq u tal-passaġġi fuq l-ilma interni, magħrufa bħala Korsiji ta’ Solidarjetà.

L-importanza tal-Korsiji ta’ Solidarjetà

  • alt=""
    Kruċjali għall-protezzjoni tas-sigurtà globali tal-ikel
  • Agricultural goods
    Kruċjali għall-esportazzjonijiet ta’ merkanzija Ukrena
  • Fuel, humanitarian aid
    L-opzjoni primarja għall-Ukrajna biex timporta l-oġġetti kollha li teħtieġ (fjuwil, għajnuna umanitarja)

L-Ukrajna hija esportatur globali ewlieni taċ-ċereali

  • Barley
    It-tielet l-akbar produttur fid-dinja tax-xgħir
  • Maize
    Ir-raba’ l-akbar produttur fid-dinja tal-qamħirrum
  • Wheat
    Il-ħames l-akbar produttur fid-dinja tal-qamħ

Il-produzzjoni taċ-ċereali hija l-pedament tal-ekonomija tal-Ukrajna u tikkontribwixxi għall-għalf ta’ ħafna pajjiżi fid-dinja.

Kif għenu l-Korsiji ta’ Solidarjetà?

Bejn Mejju 2022 u April 2024, il-Korsiji ta’ Solidarjetà ppermettew lill-Ukrajna tesporta madwar 136 miljun tunnellata ta’ merkanzija, inklużi 70 miljun tunnellata ta’ qamħ, żrieragħ żejtnin, u prodotti relatati. Huma ppermettew l-esportazzjoni ta’ madwar 54% tal-qamħ tal-Ukrajna mill-bidu tal-gwerra. Madwar 46% taċ-ċereali Ukreni ġew esportati mill-portijiet Ukreni tal-Baħar l-Iswed.

Il-Korsiji ta’ Solidarjetà ppermettew ukoll lill-Ukrajna timporta madwar 52 miljun tunnellata ta’ merkanzija li teħtieġ, minn għajnuna militari u umanitarja għal fjuwil u prodotti oħra.

Il-valur totali tal-kummerċ permezz tal-Korsiji ta’ Solidarjetà hu stmat għal madwar €157 biljun, b’aktar minn €50 biljun għall-esportazzjonijiet Ukreni u madwar €107 biljun għall-importazzjonijiet Ukreni.

Esportazzjonijiet ta’ qmuħ għall-2022-2023 mill-Ukrajna

  • 88.1 miljun tunnellata ta’ ċereali
    esportati mill-UE lejn pajjiżi terzi bejn Marzu 2022 u Diċembru 2023

Kontribuzzjonijiet finanzjarji

Il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-istituzzjonijiet finanzjarji sħab, qed jinvestu f’żidiet fil-kapaċità, tiswijiet u likwidità għall-operaturi. S'issa, aktar minn €2 biljun ġew mobilizzati għal Korsiji ta’ Solidarjetà biex tiżdied is-sigurtà globali tal-ikel u tiġi pprovduta linja tas-salvataġġ għall-ekonomija tal-Ukrajna. 

Żviluppi ewlenin

  1. Settembru 2023.

    L-UE tagħmel €7 biljun disponibbli għal proġetti infrastrutturali ewlenin, u għall-ewwel darba tiftaħ is-sejħa wkoll għall-entitajiet Ukreni u Moldovani.

  2. Lulju 2023
    • Ir-Russja ttemm l-Inizjattiva tal-Baħar l-Iswed dwar iċ-Ċereali
    • Studju ġdid dwar il-konnessjonijiet ferrovjarji tal-UE mal-Ukrajna u l-Moldova jissuġġerixxi bħala l-ewwel pass li tiġi stabbilita konnessjoni Ewropea tal-gejġ tal-linji ferrovjarji minn Kraków/Katowice (il-Polonja) sa Lviv (l-Ukrajna), kif ukoll minn Iasi (ir-Rumanija) għal Chisinău (il-Moldova).
  3. Ġunju 2023
    • €250 miljun investiti f’9 proġetti tal-Korsiji ta’ Solidarjetà għat-titjib tal-konnessjonijiet transfruntiera bejn l-Ukrajna, il-Moldova u l-UE.
    • L-assoċjazzjoni tal-Ukrajna mal-programm tal-UE għall-finanzjament tal-infrastruttura – il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li tippermetti lill-Ukrajna tapplika għal finanzjament tal-UE fl-oqsma tat-trasport, tal-enerġija u diġitali – għal konnessjonijiet aħjar bejn l-UE u l-Ukrajna. Ftehim simili ġie ffirmat bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova f’Mejju 2023.
  4. Jannar 2023

    €226 miljun magħmula disponibbli minn sejħa għall-Mobbiltà Militari, it-titjib tal-konnettività fit-tul mal-Ukrajna u l-Moldova u t-tisħiħ tal-Korsiji ta’ Solidarjetà fil-Polonja, fir-Rumanija u fil-Ġermanja.

  5. Diċembru 2022

    €240 miljun addizzjonali investiti fi proġetti ta’ mobbiltà militari, li jtejbu l-infrastruttura fuq il-Korsiji ta’ Solidarjetà fil-Ġermanja, il-Polonja u r-Rumanija.

  6. Lulju 2022

    Proposta biex in-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) jiġi estiż għall-Ukrajna u l-Moldova.

  7. Ġunju 2022

    Ftehimiet ġodda dwar it-trasport bit-triq bejn l-UE, l-Ukrajna u r-Repubblika tal-Moldova jippermettu trasport addizzjonali bit-triq. It-trasportaturi issa jistgħu jgħaddu minn u joperaw bejn it-territorji ta’ xulxin, mingħajr il-ħtieġa ta’ permessi.

Skedi informattivi

22 MEJJU 2024
Factsheet EU-Ukraine Solidarity Lanes – Lifeline for Ukrainian economy, key for global food security
11 SETTEMBRU 2023
Factsheet on EU-Ukraine Solidarity Lanes Joint Coordination Platform