Din l-informazzjoni hi disponibbli wkoll: bl-Ukren | українська | bir-Russu | русский

L-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Ewropej madwar il-kontinent huma mmobilizzati b’appoġġ għan-nies li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna. L-Ewropa se tkun hemm għalihom fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Qed naħdmu fuq il-fronti kollha biex nappoġġjaw lill-Ukrajna b’assistenza, għajnuna umanitarja u protezzjoni ċivili. Attivajna l-mekkaniżmu ta’ protezzjoni temporanja biex nipprovdu lin-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna bi status sigur u aċċess għall-iskejjel, il-kura medika u x-xogħol fl-UE. U ninsabu lesti li ngħaddu aktar assistenza u appoġġ kemm lil persuni li telqu mill-Ukrajna biex ifittxu protezzjoni fl-UE kif ukoll lil dawk li baqgħu fl-Ukrajna.
Kif tista' tgħin
Kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu biex jappoġġja lin-nies li ġew imġiegħla jaħarbu mill-Ukrajna minħabba l-invażjoni jew li baqgħu fl-Ukrajna u li jeħtieġu l-għajnuna.
Tista’ tgħin billi tagħti donazzjoni lill-għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet li mmobilizzaw fl-Istati Membri tal-UE biex jappoġġjaw in-nies tal-Ukrajna li qed ifittxu protezzjoni fl-UE. Dawn jinkludu l-fergħat nazzjonali ta’ aġenziji internazzjonali, organizzazzjonijiet umbrella u firxa ta’ korpi karitatevoli u umanitarji oħra. Ikklikkja pajjiżek biex tara liema organizzazzjoni tista’ tagħti:
Tista’ wkoll tappoġġja lin-nies fl-Ukrajna. Skopri aktar dwar kif tagħti donazzjoni permezz tas-sit web uffiċjali tal-Gvern Ukren dwar l-għajnuna umanitarja. Tista’ wkoll tagħti donazzjoni permezz tal-organizzazzjonijiet ewlenin ta’ għajnuna attivi fuq il-post u li qed jikkoordinaw l-assistenza lill-Ukrajna. Żur is-siti web tagħhom biex issir taf kif hawn taħt:
Dawn huma listi indikattivi u mhux eżawrjenti. Aktar organizzazzjonijiet jistgħu jkunu attivi fir-reġjuni tiegħek, jekk jogħġbok iċċekkja mal-awtoritajiet lokali tiegħek għal aktar informazzjoni.
Donazzjonijiet mis-settur privat
Il-Kummissjoni Ewropea ħolqot sistema ġdida biex tidderieġi donazzjonijiet in natura mis-settur privat lejn l-Ukrajna, il-Moldova u l-pajjiżi tal-UE fir-reġjun. Permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, l-UE se tikkoordina t-twassil f’waqtu u sikur ta’ oġġetti ta’ emerġenza mogħtija bħal mediċini, tagħmir mediku, kontromiżuri kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi jew nukleari u oġġetti ta’ kenn. L-entitajiet privati mill-UE kollha li jixtiequ jagħtu d-donazzjoni jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni permezz tal-email: ECHO-private-donationsec [dot] europa [dot] eu (ECHO-private-donations[at]ec[dot]europa[dot]eu)
Il-ħarba mill-invazjoni: ilħna Ukreni
Hekk kif il-gwerra fl-Ukrajna qed tkompli tikber, aktar u aktar nies qed jiġu mġiegħla jaħarbu minn djarhom. Skopri xi wħud mill-istejjer ta’ qlubija u reżiljenza tagħhom, hekk kif jitkellmu dwar il-vjaġġi tagħhom u xi wħud mill-esperjenzi diffiċli li kellhom jgħaddu minnhom.
21 ta’ Marzu 2022 - Teresa tgħidilna kif ġiet mill-Ukrajna lejn il-Polonja ma’ wliedha, u ttieħdet minn Barbara li tospitaha u 3 nisa oħra bi tfal f’darha f’Varsavja.
L-Ewropej jappoġġjaw lin-nies li qed jaħarbu mill-gwerra
Illum, Unjoni ta’ kważi nofs biljun ruħ immobilizzat għall-Ukrajna. L-Ewropej fil-kontinent kollu tagħna qed jipprotestaw u ħafna minnhom offrew għajnuna u fetħu djarhom għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna.
“Fi Snina, is-Slovakkja, Štefan mar madwar il-belt biex jiġbor il-provvisti – imħaded, kutri, ikel, u waqqaf dormitorju fil-ġinnasju lokali. Fi Svidník, Jaroslav u Svitlana issa qed jaqsmu s-saqaf tagħhom ma’ erba’ nisa Ukreni u wliedhom, filwaqt li żwieġhom baqgħu lura biex jiġġieldu għal pajjiżhom. Intbagħat sewwieq tal-karozzi tal-linja fil-fruntiera biex jiġbor tmien studenti, u tant emozzjona ruħu li rritorna u ġabar 50 persuna oħra, sempliċiment biex jgħinhom”.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen
In Motel Plitvice in Zagreb (Croatia) refugees stay a night or two Ukrainian family hosted in Brussels, Belgium Ukrainian refugee woman and children in the refugee camp of Brugas, Bulgaria. Dorina, Romanian and Ukrainian speaker, travels 10km daily to Siret border point (Romania) to provide assistance to refugees. A 2 year-old Irish girl with Ukrainian roots, holding a protest poster that says "Peace for Ukraine".
21 ta’ Marzu 2022 - Luisa, kap ta’ skola f’Varese, tgħidilna kif it-tfal Ukreni ġew integrati fl-iskola tagħha.

Iddawnlowdja z-zip file b’covers, badges u filtri biex tużahom fuq il-kontijiet tal-media soċjali tiegħek.
Ingħaqad mal-mezz Telegram tal-Kummissjoni Ewropea